TIPS regarding a missing child? Call 119
IMG 6774

Il-pubbliku: L-għajnejn u l-widnejn biex jinstabu tfal irrapportati nieqsa

Il-Pubbliku jista’ jkun l-għajnejn u l-widnejn li jgħinu lil Pulizija jallokaw fejn ikunu tfal vulnerabbli li jkunu sfaw nieqsa u f’periklu imminenti sabiex jgħinuhom isolvu l-każ u jsibu lit-tfal malajr kemm jista’ jkun.

Hekk tkellem il-koordinatur min-network tal-esperti tal-Pulizija Charie Hedges, li hu rikonoxxut bħala wieħed mill-esperti ewlenin tar-Renju Unit dwar it-tfal neqsin jew maħtufin. Dan meta fl-aħħar jiem kien Malta, u ipprovda taħriġ lil numru ta’ Pulizija Maltija fuq każi li jinvolvu tfal nieqsa li jkunu jinsabu fil-periklu.Hedges spjega lil membri tal-Korp li f’dawn il-każijiet, il-Pulizija trid tagħmel risk assessment magħruf bħala “triage” li jkun b’mod effettiv. Ir-rispons inizzjali, tkellem li huwa vitali f’dal każijiet sabiex issir identifikazzjoni bikrija tar-riskju eżistenti.

Tkellem ukoll fuq l-importanza li jkun hemm kooperazzjoni transazzjonali u għalhekk huwa qal li inħolqot network informali ta’ esperti Ewropej f’pajjiżi differenti fejn dawn l-esperti jaqsmu bejniethom l-informazzjoni li għandhom fuq każijiet ta’ minuri ta’ din in-natura.

Fl-aħħar jiem, il-Pulizija Maltija wkoll ngħaqdet ma dan in-Netwerk tal-Pulizija dwar it-Tfal Neqsin fi ħdan l-AMBER Alert Europe, sistema Ewropea ta’ allert li Malta wkoll ssieħbet fiha fl-aħħar jiem.

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali Carmelo Abela għamel żjara lil dan it-taħriġ. Qal li l-ħarsien tat-tfal minn dejjem kien magħġun fil-valuri fundamentali tagħna l-Maltin.

Source: TVM